Language of document : ECLI:EU:T:2009:21





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba Awla) tat-28 ta’ Jannar 2009 – Volkswagen vs UASI (TDI)

(Kawża T-174/07)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TDI – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(1)(ċ) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 62(2) tar-Regolament Nru 40/94 – Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 30, 33, 47, 49-51)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Marzu 2007 (Każ R 1479/2005-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TDI bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Volkswagen AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali TDI għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 7 u 37 – Applikazzjoni Nru 842302

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Volkswagen AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).