Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 taʼ Marzu 2013 – Nexans France vs Enterprise commune Fusion for Energy

(Kawża T-415/10) 1

(“Kuntratti pubbliċi għal provvisti – Euratom – Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-Impriża Konġunta Fusion for Energy – Provvista ta’ materjal elettriku – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Proċedura miftuħa – Offerta li tinkludi riżervi – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Proporzjonalità – Kunflitt ta’ interessi – Deċiżjoni ta’ attribuzzjoni –Rikors għal annullament – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Nexans France (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Tran Thiet, J.-F. Le Corre u M. Pigeat, avukati)

Konvenuta: Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fusion for Energy) (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: A. Verpont, aġent, assistita minn C. Kennedy-Loest, T. Christopher, solicitors, J. Derenne, N. Pourbaix, avukati, u M. Farley, solicitor)

Suġġett

Minn naħa, talba għal annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti u tad-deċiżjoni ta’ attribuzzjoni tal-kuntratt lil offerent ieħor kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Nexans France hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

____________

1 ĠU C 301, 06.11.2010.