Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2013 – ZZ vs UASI

(Kawża F-26/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Suġġett

Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni mfassal fir-rigward tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2010 u t-30 ta’ Settembru 2010 u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni mfassal fir-rigward tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2010 u t-30 ta’ Settembru 2010;

jikkundanna lill-UASI jħallas kumpens xieraq li l-ammont tiegħu – ta’ mill-inqas EUR 500 – jitħalla għad-diskrezzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex ir-rikorrent jiġi kkumpensat għad-dannu morali u mhux materjali kkawżat mir-rapport ta’ evalwazzjoni kkontestat;

jikkundanna lil UASI għall-ispejjeż.