Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' April 2011 - COMPLEX S.A. vs UASI - Kajometal 5KX)

(Kawża T-206/11)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: COMPLEX S.A. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: M. R. Rumpel, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Kajometal s.r.o. (Dolny Kublin, is-Slovakkja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors bħala fondat;

tannulla d-deċiżjoni mogħtija fil-21 ta' Jannar 2011 mit-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ R 864/2010-2;

tissostitwixxi din id-deċiżjoni b'oħra li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark KX Nru 61225405;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Kajometal s.r.o.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali KX għall-prodotti fil-klassi 7.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: COMPLEX S.A.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja verbali Nru 3 588 241 CX, irreġistrata għall-prodotti fil-klassi 7, it-trade mark Komunitarja grafika Nru 3 979 32 CX PRECISION BEARINGS, irreġistrata għall-prodotti fil-klassi 7.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 1 fuq it-trade mark Komunitarja, peress li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1).