Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2013 – ‘Milano’ Krzysztof Kotas vs UASI (forma ta’ kaxxi taċ-ċikkulati)

(Kawża T-440/13)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Zakład Wyrobów Cukierniczych ‘Millano’ Krzysztof Kotas (Przeźmierowo, il-Polonja) (rappreżentant: B. Kański, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tat-22 ta’ Mejju 2013 fil-Każ R 755/2012-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark tridimensjonali fil-forma ta’ kaxxi taċ-ċikkulati għal prodotti fil-Klassi 30 – Applikazzjoni Nru 10 359 602

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009