Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Lulju 2012 - TF1 et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-520/09) 

("Għajnuna mill-Istat - Servizz pubbliku tax-xandir - Għajnuna li r-Repubblika Franċiża għandha l-intenzjoni tagħti lil France Télévisions - Sussidju baġitarju fir-rigward tas-sena 2009 - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Servizz ta' importanza ekonomika ġenerali - Kriterju ta' proporzjonalità - Assenza ta' diffikultajiet serji")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Télévision française 1 (TF1) (Boulogne Billancourt, Franza), Métropole télévision (M6) (Neuilly-sur-Seine, Franza), Canal + (Issy Les Moulineaux, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Hordies u C. Smits, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. De Bergues u J. Gstalter, aġenti); u France Télévisions (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Gunther u A. Giraud, avukati)

Suġġett

Talba intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Settembru 2009 dwar sussidju baġitarju favur France Télévisions, sa fejn, f'din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward ta' sussidju baġitarju ta' ammont massimu ta' EUR 450 miljun fir-rigward tas-sena 2009.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat.

Télévision française 1 (TF1), Métropole télévision (M6) u Canal + huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea u minn France Télévisions.

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - ĠU C 80, 27.03.2010.