Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Toshiba vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-519/09) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tat-transformers tal-elettriku – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Ftehim ta’ tqassim ta’ suq – Prova tat-tbegħid tal-akkordju – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni – Effett fuq il-kummerċ – Ostakoli għad-dħul – Multi – Ammont bażiku – Sena ta’ referenza – Punt 18 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Użu ta’ parti mis-suq fittizja fis-suq taż-ŻEE”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Toshiba Corp. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: J. F. MacLennan, solicitor, A. Schulz, J. Jourdan u P. Berghe, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Bourke u K. Mojzesowicz, sussegwentement K. Mojzesowicz u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-7 ta’ Ottubru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.129 – Transformers tal-Elettriku), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Toshiba Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 51, 27.02.2010.