Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2014 – Argus Security Projects vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-266/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Argus Security Projects Ltd (Limassol, Ċipru) (rappreżentanti: T. Bontinck u E. van Nuffel d’Heynsbroeck, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
tannulla d-deċiżjoni tal-EUBAM Libja li tiċħad l-offerta sottomessa mill-kumpannija Argus fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ sigurtà fil-kuntest tal-missjoni ta’ assistenza tal-Unjoni Ewropea għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja (kuntratt EUBAM-13-020) u tattribwixxi l-kuntratt lil Garda;
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju 1 , tar-regoli stabbiliti fid-dokumenti tal-għoti tal-kuntratt, b’mod partikolari l-punti 4.1 u 12.1 tal-istruzzjonijiet lill-offerenti, u tal-prinċipji tal-ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u tan-nondiskriminazzjoni, sa fejn l-EUBAM ma vverifikatx il-kapaċitajiet tal-offerent rebbieħ li jeżegwixxi l-kuntratt b’mod konformi mar-rekwiżiti tal-kuntratt jew ma eżerċitatx is-setgħa diskrezzjonali tagħha fir-rigward tal-kwalitajiet tekniċi mistennija tal-offerta magħżula bir-rigoriżità minima li tista’ tiġi raġonevolment mistennija.
Ir-rikorrenti ssostni li n-nuqqasijiet serji tal-offerent rebbieħ u tal-inkapaċità tiegħu li jeżegwixxi l-kuntratt attribwit lilu, jirrivelaw offerta irrealistika li ma kellhiex tiġi aċċettata mill-awtorità kontraenti.It-tieni motiv huwa bbażat fuq modifika sostanzjali tal-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt li setgħet taffettwa r-riżultat tas-sejħa għal offerti.Ir-rikorrenti ssostni li r-rapporti bejn il-punti attribwiti lil offerent rebbieħ u lir-rikorrenti għall-kriterji ta’ evalwazzjoni kollha kienu jkunu bil-kontra kieku l-offerta magħżula kienet ġiet evalwata billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet li fihom il-kumpannija offerenti rebbieħa teżegwixxi l-kuntratt.It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-ob
bligu ta’ motivazzjoni, sa fejn l-awtorità kontraenti ma osservatx l-Artikolu 113 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 161(2) tar-Regolament ta’ De
lega , peress li l-karatteristiċi u l-vantaġġi dwar l-offerta magħżula ma kinux ikkomunikati fi żmien ħmistax-il ġurnata kalendarja wara t-talba tar-rikorrenti.
________________________1 Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali
tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad- 29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal