Language of document : ECLI:EU:T:2011:311





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011 – ATB Norte vs UASI – Bricocenter Italia (BRICO CENTER)

(Kawża T-478/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BRICO CENTER – Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 33, 34, 57, 66, 67)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1009/2008‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ATB Norte, SL u Bricocenter Italia Srl.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarji:

Bricocenter Italia Srl

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva BRICO CENTER, għal servizzi fil-klassi 35 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4934501

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

ATB Norte, SL

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro (Nru 989046) u CENTROS DE BRICOLAGE BricoCentro (Nru 3262623), għal servizzi fil-klassijiet 35, 37 u 39

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell

Deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda fit-totalità tagħha


Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-24 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1009/2008-4) hija annullata sa fejn tilqa’ l-appell ta’ Bricocenter Italia Srl quddiem il-Bord tal-Appell dwar is-servizzi ta’ “pubbliċità”, ta’ “ġestjoni tat-tranżazzjonijiet kummerċjali” u ta’ “amministrazzjoni kummerċjali”, imsemmija fl-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

ATB Norte, SL, Bricocenter Italia u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż individwali tagħhom sostnuti matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.