Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Lulju 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-68/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li temmet il-kuntratt ta' xogħol għal żmien indeterminat tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata li tikkonkludi kuntratti tal-Kummissjoni (iktar 'il quddiem, l-AKTK) tat-30 ta' Settembru 2010, li temmet il-kuntratt ta' xogħol għal żmien indeterminat tagħha;

kif ukoll, u sa fejn ikun meħtieġ: tannulla d-deċiżjoni tal-AKTK tal-14 ta' April 2011, li tiċħad l-ilment ippreżentat fit-23 ta' Diċembru 2010 skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________