Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta' Frar 2013 - Ferrari vs UASI (PERLE')

(Kawża T-104/11) 

("Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva PERLE' - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta' karattru distintiv - Assenza ta' karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(1)(b) u (c), u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ferrari F.lli Lunelli SpA (Trente, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u G. Ghisletti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Mannucci, sussegwentement L. Rampini u F. Mattina, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta' Diċembru 2010 (Każ R 1249/2010-2) dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea għat-trade mark figurattiva PERLE'.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ferrari F.lli Lunelli SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 113, 9.4.2011.