Language of document : ECLI:EU:C:2013:207





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs UASI

(Kawża C‑393/12 P)

“Appell – Trade mark Komunitarja – Trade mark verbali HELLIM – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja HALLOUMI – Ċaħda tal-oppożizzjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 32)

2.                     

3.                     Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 38)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tat-13 ta’ Ġunju 2012, Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias vs UASI – Garmo (HELLIM) (T‑534/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Settembru 2010, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn l-Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias u Garmo AG - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi hija kkundannata għall-ispejjeż.