Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (Ir-Repubblika Ċeka) fil-21 ta’ Settembru 2015 – Tommy Hilfiger Licensing LLC et vs DELTA CENTER a.s.

(Kawża C-494/15)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tommy Hilfiger Licensing LLC et

Konvenuta: DELTA CENTER a.s.

Domandi preliminari

Il-kerrej ta’ art fejn jinżamm suq li jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ diversi negozjanti stands u spazji li fuqhom jistgħu jintramaw l-istands huwa intermedjarju li s-servizzi tiegħu jintużaw minn terzi sabiex jippreġudikaw dritt ta’ proprjetà intelletwali fis-sens tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/48/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali?Il-kerrej ta’ art fejn jinżamm suq li jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ diversi negozjanti stands u spazji li fuqhom jistgħu jintramaw l-istands jistga’ jiġi suġġett għall-impożizzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk ifformulati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-12 ta’ Lulju 2011, mogħtija fil-Kawża C-324/09, L’Oréal et, fir-rigward tal-impożizzjoni tal-imsemmija miżuri fuq operaturi ta’ suq online?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32.