Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta' Novembru 2011 - Dennekamp vs Il-Parlament

(Kawża T-82/09) 

["Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar l-affiljazzjoni ta' ċerti membri tal-Parlament Ewropew għall-iskema ta' pensjoni addizzjonali - Rifjut ta' aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u l-integrità tal-individwu - Artikolu 8(b) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 - Trasferiment ta' data ta' natura personali"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: G.-J. Dennekamp (Giethoorn, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: O. Brouwer, A. Stoffer u T. Oeyen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment N. Lorenz, H. Krück u D. Moore, sussegwentement N. Lorenz u D. Moore, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: B. Weis Fogh, J. Bering Liisberg u S. Juul Jørgensen, aġenti); Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski u H. Leppo, aġenti); u Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: inizjalment H. Hijmans u H. Kranenborg, sussegwentement H. Kranenborg u I. Chatelier, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew A (2008)22050, tas-17 ta' Diċembru 2008, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent aċċess għal ċerti dokumenti dwar l-affiljazzjoni ta' ċerti membri tal-Parlament Ewropew għall-iskema ta' pensjoni addizzjonali.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

G.-J. Dennekamp għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) għandhom isostnu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 102, 01.05.2009.