Language of document : ECLI:EU:T:2011:688





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Novembru 2011 – Dennekamp vs Il-Parlament

(Kawża T-82/09)

“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti dwar l-affiljazzjoni ta’ ċerti membri tal-Parlament Ewropew għall-iskema ta’ pensjoni komplementari – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u l-integrità tal-individwu – Artikolu 8(b) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 – Trasferiment ta’ data personali”

1.                     Unjoni Ewropea - Istituzzjonijiet - Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti - Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti - Protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Portata - Obbligu ta’ evalwazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali - Applikabbiltà totali tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 45/2001 għal kull talba ta’ aċċess għal dokumenti li jinkludu data personali (Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 45/2001, Artikolu 8, u Nru 1049/2001, Artikolu 4(1)(b)) (ara l-punti 21-26, 38-40)

2.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Ipproċessar ta’ din id-data mill-istituzzjoniiet u l-korpi tal-Unjoni - Talba għal aċċess għal dokumenti li jinkludu l-ismijiet ta’ membri tal-Parlament affiljati għas-sistema tal-pensjoni komplementari - Data personali - Talba għal aċċess għall-imsemmija dokumenti skont ir-Regolament Nru 1049/2001 - Obbligu li tiġi stabbilita n-neċessità tat-trasferiment tal-imsemmija data (Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 45/2001, Artikoli 2(a), 5(b) u 8(b), u Nru 1049/2001, Artikolu 4(1)(b)) (ara l-punti 27-30)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew A (2008)22050, tas-17 ta’ Diċembru 2008, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent aċċess għal ċerti dokumenti dwar l-affiljazzjoni ta’ ċerti membri tal-Parlament Ewropew għall-iskema ta’ pensjoni komplementari.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

G. J. Dennekamp għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.

3)

Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Finlandja u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.