Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta' Mejju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal administratif de Montreuil. - Franza) - Santander Asset Management SGIIC SA, f'isem FIM Santander Top 25 Euro Fi (C-338/11) vs Directeur des résidents à l'étranger et des services généraux u Santander Asset Management SGIIC SA, f'ism Cartera Mobiliaria SA SICAV (C-339/11), Kapitalanlagegesellschaft mbH, f'isem Alltri Inka (C-340/11), Allianz Global Investors Kapitalanlagegesellschaft mbH, f'isem DBI-Fonds APT n° 737 (C-341/11), SICAV KBC Select Immo (C-342/11), SGSS Deutschland Kapitalanlagegesellschaft mbH (C-343/11), International Values Series of the DFA Investment Trust Co. (C-344/11), Continental Small Co. Series of the DFA Investment Trust Co. (C 345/11), SICAV GA Fund B (C-346/11), Generali Investments Deutschland Kapitalanlagegesellschaft mbH, f'isem AMB Generali Aktien Euroland (C-347/11) vs Ministre du Budget, des Comptes publics, de la Fonction publique et de la Réforme de l'État

(Kawżi magħquda C-338/11 u C-347/11) 

(Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE - Impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) - Trattament differenti fir-rigward ta' dividendi mħallsa lil UCITS li ma humiex residenti, suġġetti għal taxxa f'ras il-għajn, u d-dividendi mħallsa lil UCITIS residenti, li ma humiex suġġetti għal tali taxxa f'ras il-għajn - Neċessità, sabiex tiġi evalwata l-konformità tal-miżura nazzjonali mal-moviment liberu tal-kapital, li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-azzjonisti - Assenza)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Montreuil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Santander Asset Management SGIIC SA, f'isem FIM Santander Top 25 Euro Fi (C-338/11), Santander Asset Management SGIIC SA, f'isem Cartera Mobiliaria SA SICAV (C-339/11), Kapitalanlagegesellschaft mbH, f'isem Alltri Inka (C-340/11), Allianz Global Investors Kapitalanlagegesellschaft mbH, f'isem DBI-Fonds APT n° 737 (C-341/11), SICAV KBC Select Immo (C-342/11), SGSS Deutschland Kapitalanlagegesellschaft mbH (C-343/11), International Values Series of the DFA Investment Trust Co. (C 344/11), Continental Small Co. Series of the DFA Investment Trust Co. (C 345/11), SICAV GA Fund B (C-346/11), Generali Investments Deutschland Kapitalanlagegesellschaft mbH, f'isem AMB Generali Aktien Euroland (C-347/11)

Konvenuti: Directeur des résidents à l'étranger et des services généraux, Ministre du Budget, des Comptes publics, de la Fonction publique et de la Réforme de l'État

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunal administratif de Montreuil - Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 u 65 TFUE - Differenza fit-trattament fiskali bejn l-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) li ma humiex residenti, suġġetti għal taxxa f'ras il-għajn, u l-impriżi residenti, li ma humiex suġġetti għal tali taxxa - Ostakolu għall-moviment liberu tal-kapital - Neċessità, sabiex tiġi evalwata l-konformità ta' taxxa f'ras il-għajn ma' dan il-prinċipju, li tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll is-sitwazzjoni tal-azzjonisti

Dispożittiv

L-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tipprovdi għat-tassazzjoni, permezz ta' taxxa f'ras il-għajn, ta' dividendi ta' oriġini nazzjonali meta dawn huma riċevuti minn impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli residenti fi Stat ieħor, filwaqt li dividendi bħal dawn huma eżentati mit-taxxa fir-rigward ta' impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli residenti fl-ewwel Stat.

____________

1 - ĠU C 269, 10.09.2011