Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2018 – Zweirad-Center Stadler vs EUIPO - Triumph Designs (Triumph)

(Kawża T-12/18)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zweirad-Center Stadler GmbH (Regensburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Ruess u A. Doepner-Thiele, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Triumph Designs Ltd (Swadlincote, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Triumph” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 717 672

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Novembru 2017 fil-Każ R 665/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għall-prodotti fil-klassijiet 9, 12 u 25;

tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark għal dawn il-prodotti jew, sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-EUIPO sabiex jadotta l-miżuri neċessarji;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________