Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2019 – Zweirad-Center Stadler VS EUIPO – Triumph Designs (Triumph)

(Kawża T-12/18) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Talba għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Triumph –Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti TRIUMPH – Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Raġuni relattiva ta’ rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Identità tas-sinjali – Karattru distintiv imsaħħaħ tat-trade mark preċedenti akkwistat permezz tal-użu – Xebh ta’ prodotti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zweirad-Center Stadler GmbH (Ratisbonne, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Ruess u A. Doepner-Thiele, sussegwentement minn P. Ruess, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Walicka u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Triumph Designs Ltd (Swadlincote, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Novembru 2017 (Każ R 665/2017-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Triumph Designs u Zweirad-Center Stadler.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Zweirad-Center Stadler GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

Triumph Designs Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 72, 26.2.2018.