Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Frar 2013 - Formula One Licensing vs UASI - Idea Marketing (F1H2O)

(Kawża T-55/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Formula One Licensing (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: B. Klingberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Idea Marketing SA (Lausanne, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell fil-Każ R-1247/2011-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "F1H2O", għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 25, 38 u 41 - Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 925 383 li tirreferi għall-Unjoni Ewropea

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 732 134, trade mark Brittannika Nru 2277746 B, trade mark Komunitarja Nru 3 934 387, reġistrazzjoni internazzjonali Nru 845 571, trade mark tal-Benelux Nru 749 056, trade mark Brittannika Nru 2277746 D, trade mark Komunitarja Nru 631 531, trade mark Komunitarja Nru 3 429 396, Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 714 320, Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 823 226 u trade mark tal-Benelux Nru 732 601 tat-trade mark "F1 et al." Għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 4, 7, 8, 9, 11, 12, 14, 16, 18, 21, 24, 25, 28, 29, 30, 32 to 36, 38, 39 u 41 sa 43

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94.

____________