Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2014 – BT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-59/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt – Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubblikuˮ)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: BT (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentanti: N. Visan u G. Coca, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u A.-C. Simon, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2012, BT vs Il-Kummissjoni (F-45/12, ĠabraSP, EU:F:2012:168), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.DispożittivL-appell huwa miċħud.BT għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanża.