Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Ottubru 2011 - Gutknecht vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-561/08) 1

("Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Spezzjonijiet sanitarji - Prodotti bijoċidali - Inventarju tas-sustanzi attivi fis-suq - Adozzjoni ta' regolamenti mill-Kummissjoni skont id-Direttiva 98/8/KE - Rabta kawżali")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jürgen Gutknecht (Kirchheimbolanden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u G. Wilms, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu mġarrab, prinċipalment, bl-adozzjoni allegatament illegali mill-Kummissjoni ta' varji regolamenti skont id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Frar 1998, dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 23, p. 3) ; jew, sussidjarjament, bl-allegat nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu l-miżuri neċċessarji biex tipproteġi d-dritt għall-protezzjoni tal-informazzjoni pprovduta skont l-imsemmija direttiva.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Jürgen Gutknecht huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 55, 07.03.2009.