Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-507/12) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Produzzjoni ta’ tagħmir ta’ divertiment –Għajnuna għar-ristrutturazzjoni – Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tiegħu – Obbligu ta’ motivazzjoni – Imputabbiltà lill-Istat – Kriterju ta’ investitur privat”)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: V. Klemenc u A. Grum, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, T. Maxian Rusche, M. Kocjan u B. Rous Demiri, aġenti, inizjalment assistiti minn M. Ulčar u M. Ménard, sussegwentement minn M. Ménard, P. Božičko u A. Krošel, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/273/UE, tad-19 ta’ Settembru 2012, dwar il-miżuri SA.26379 (C 13/10) (ex NN 17/10), implementati mis-Slovenja favur il-kumpannija Elan d.o.o. (ĠU 2014, L 144, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tbati l-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

____________

1 ĠU C 32, 2.2.2013.