Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 – “Rauscher” Consumer Products vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ tampun)

(Kawża T-492/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta tampun sanitarju – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7 (1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: “Rauscher” Consumer Products GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Stütz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-20 ta’ Lulju 2011 (Każ R 2168/2010-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta tampun sanitarju bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

    Ir-rikors huwa miċħud.

    “Rausche” Consumer Products GmbH għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 355, 03.12.2011.