Language of document : ECLI:EU:T:2013:434





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Settembru 2013 —
Total vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑548/08)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xama’ tal-paraffin — Suq tal-gatsch — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ nulla poena sine lege — Preżunzjoni tal-innoċenza — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha — Influwenza determinanti eżerċitata mill‑kumpannija parent — Preżunzjoni f’każ ta’ detenzjoni ta’ sehem viċin 100 %”

1.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Natura konfutabbli — Provi ta’ natura li jikkonfutaw din il-preżunzjoni — Sussidjarja miżmuma minn kumpannija holding — Ċirkustanza mhux suffiċjenti biex tikkonfuta l-preżunzjoni msemmija (Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 26-32, 35-37, 40-45, 61, 71, 72, 77, 83, 85, 92, 98, 152)

2.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Kontenut neċessarju — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Deċiżjoni mhux identika għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Kundizzjoni (Artikolu 101 TFUE u 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1)) (ara l-punti 104-106, 110, 132-134)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni — Applikabbiltà — Portata (Artikolu 6(1) TUE; Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1)) (ara l-punti 121-123, 139, 140)

4.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Ksur tal-prinċipji ta’ individwalità u ta’ nulla poena sine lege — Assenza — Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Assenza (Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 155, 156, 159-162, 168-170)

5.                     Rikors għal annullament — Motivi — Użu ħażin ta’ poter — Kunċett (Artikoli 101 TFUE, 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 175-177)

6.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Setgħat tal-Kummissjoni — Setgħat ta’ investigazzjoni, prosekuzzjoni u sanzjoni akkumulati — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Inkompatibbiltà mal-prinċipju ta’ smigħ xieraq — Assenza (Artikolu 6(1) TUE; Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 182-187)

7.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa — Effett (Artikolu 261 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(3) u 31) (ara l-punti 188-190)

8.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Natura dissważiva tal-multa (Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3)) (ara l-punti 199-203)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Xama’ tax-xemgħa), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tneħħija tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti jew għal tnaqqis tal-ammont tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Total SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.