Language of document : ECLI:EU:T:2009:231





Digriet tal‑President tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 – Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑550/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji (rimbors tal-multa diġà mħallsa u rinunzja għal garanzija bankarja) – Assenza ta’ fumus boni juris u nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni Juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 225(1) KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 10-13)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja bħala kundizzjoni għan-nuqqas tal-irkupru immedjat ta’ multa – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli (Artikolu 242 KE) (ara l-punti 40-45)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fil-Każ COMP/39181 – Xemgħa bajda, sa fejn timponi multa fuq ir-rikorrenti – Talba li r-rikorrenti tinħeles mill-obbligu li tagħti garanzija bankarja bħala kundizzjoni għat-tneħħija tal-obbligu ta’ ħlas – Talbiet oħrajn għal miżuri provviżorji.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.