Rikors ippreżentat fit-12 ta' Diċembru 2008 - X-Technology Swiss vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' kalzetta)
(Kawża T-547/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: X-Technology Swiss GmbH (rappreżentanti: A. Herbertz u R. Jung, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
Tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tas-6 ta' Ottubru 2008 - R 846/2008-4,
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż tagħha u tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "trade mark oħra -trade mark ta' pożizzjoni" bil-kulur "oranġjo (Pantone 16-1359 TPX)", għal prodotti fil-klassi 25 (Applikazzjoni Nru 5 658 117)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94
1, peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv minimu mitlub
____________1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 1, p. 1)