Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2013 – Inclusion Alliance for Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-539/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Inclusion Alliance for Europe GEIE (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: S. Famiani, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-17 ta’ Lulju 2013, li permezz tagħha hija eżiġiet il-ħlas tas-somma totali ta’ EUR 212 411.89 għall-proġett Nru 224482, bl-isem MARE (EUR 80 352.07), għall-proġett Nru 216820, bl-isem SENIOR (EUR 53 138.40) u għall-proġett Nru 225010, bl-isem ECRN (EUR 78 231.42); u

tikkundanna lill-KE għall-kumpens tad-dannu patrimonjali u morali subit, ta’ EUR 3 000 000, jew ta’ ammont li għandu jiġi kkwantifikat fil-mori tal-kawża, u tikkundannaha, barra minn hekk, għall-ħlas tal-ispejjeż, flimkien mal-interessi u b’teħid inkunsiderazzjoni tal-inflazzjoni monetarja fuq is-somom mogħtija.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-kumpannija rikorrenti f’din il-kawża, li pparteċipat fi tliet proġetti approvati fil-kuntest tas-seba’ programm-qafas tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013), tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni intiża għall-ħlas lura parzjali tal-għajnuna mogħtija.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-inapplikabbiltà u l-assenza ta’ effetti tal-Gwida Finanzjarja tal-2010 fir-rigward tal-proġetti MARE u SENIOR.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tinvoka l-assenza ta’ effett retroattiv tal-Gwida Finanzjarja tal-2010, sa fejn kellhom jiġu applikati l-Gwidi tal-2007, li kienu fis-seħħ fi żmien li saret is-sottoskrizzjoni tal-kuntratti.

It-tieni motiv ibbażat fuq ir-rifjut, mill-KE u mill-kumpannija responsabbli għall-awditu, tad-dritt għal smigħ tar-rikorrenti.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-KE ma osservatx ir-regoli tal-Anness II tal-kuntratt, kemm f’dak li jikkonċerna d-dritt għal smigħ, kif ukoll f’dak li jikkonċerna l-osservanza tat-termini għall-preżentazzjoni tar-rapporti.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni u ta’ fiduċja reċiproka tal-KE fir-rigward tar-rikorrenti, f’dak li jikkonċerna b’mod iktar partikolari amministrazzjoni ħażina u attitudni ta’ suspett li tikkawża preġudizzju.Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-inċertezza tar-regoli applikabbli għall-SMEs għall-finijiet tar-rikonoxximent tal-ispejjeż ta’ proġett.F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-KE tonqos milli tenfasizza r-riskji marbuta mal-mekkaniżmi ta’ żball tas-sistema ta’ kontabbiltà li jistgħu jwasslu għar-rifjut tal-ispejjeż kollha ta’ proġett.Il-ħames motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-International Audit Federation u tal-leġiżlazzjoni Ewropea applikabbli fil-qasam tal-awditu tal-SMEs.Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-eliġibbiltà tal-ispejjeż ta’ proġett u fuq l-assenzi ta’ evalwazzjoni tal-awditu.Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-kumpannija inkarigata mill-awditu ibbażat il-konklużjonijiet tagħha relatati mar-rifjut tal-ispejjeż prinċipalment fuq il-fatt tal-użu esklużiv t

at-timesheets.F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-awdituri ċaħdu ċertu spejjeż tal-ivjaġġar għaliex dawn ma kinux inklużi f

id-dokument ta’ ppjanar inizjali (Dow); filwaqt li huwa normali li l-pjan tax-xogħol tal-proġetti jiġi ddettaljat minn sena għal sena.It-tmien motiv ibbażat fuq id-dritt leġittimu tar-rikorrenti li titħall

as għall-attivitajiet eżegwiti b’mod korrett, u fuq l-arrikkiment indebitu tal-KE.F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li r-riżultati tal-proġetti MARE, SENIOR u ECNR ng

ħataw lill-KE fit-termini previsti. Din aċċettat mingħajr riżerva r-riżultati eċċellenti miksuba u l-Kummissarj

u Ewropew responsabbli mis-settur approvahom u ffirmahom. Fid-dawl tal-kwalità eċċellenti tax-xogħol ipprovdut, il-proġett ECNR ġie estiż b’sitt xhur. Ir-rifjut tal-ispejjeż kollha tal-proġetti għaldaq

stant ikun imur kontra l-prinċipju ta’ dritt leġittimu għar-remunerazzjoni tax-xogħol ipprovdut, li jwassal għal arrikkiment indebitu tal-KE.