Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Marzu 2010 - Doktor vs Il-Kunsill

(Kawża T-248/08 P) 1

"Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Perijodu ta' prova - Estensjoni tal-perijodu ta' prova - Rapport fi tmien il-perijodu ta' prova - Tkeċċija fi tmien il-perijodu ta' prova - Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal - Żnaturament tal-fatti u tal-provi - Obbligu ta' motivazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Frantisek Doktor (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Vitsentzatos u M. Bauer, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribubnal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tas-16 ta' April 2008, Doktor vs Il-Kunsill (F-73/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż, minn naħa, għall-annullament ta' din is-sentenza u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Frantisek Doktor u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta ma' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 223, 30.08.2008.