Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Diċembru 2011 - Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-106/10)
["FAEGG - Taqsima ‛Gwida' - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja - Programm ta' inizjattiva Komunitarja Leader+ - Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 438/2001 - Proporzjonalità"]
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti: M. Muñoz Pérez, abogado del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 10136 finali, tat-18 ta' Diċembru 2009, li tapplika korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna mit-Taqsima "Gwida" tal-FAEGG, mogħtija għall-programm ta' inizjattiva Komunitarja CCI 2000.ES.06.0.PC.003 (Spanja - Leader+Aragón)
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 113, 01.05.2010.