Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2024 – DH vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-171/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: DH (rappreżentant: A. Tymen, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Frar 2023, li tirrifjuta milli tirrikonoxxi li l-invalidità tar-rikorrenti hija kkaġunata mix-xogħol;

tannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Diċembru 2023, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-15 ta’ Mejju 2023, ikkomunikata permezz ta’ messaġġ elettroniku tal-20 ta’ Diċembru 2023;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ opinjoni irregolari tal-Kumitat ta’ Invalidità u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

____________