Language of document :

Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2020 minn Arkadiusz Kaminski mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-23 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-677/19 – Polfarmex vs EUIPO - Kaminski

(Kawża C-626/20 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Arkadiusz Kaminski (rappreżentanti: E. Pijewska, M. Mazurek, W. Trybowski, radcowie prawni)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Polfarmex S.A

Permezz ta’ digriet tat-28 ta’ Jannar 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li Arkadiusz Kaminski għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________