Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Frar 2013 - Acron vs Il-Kunsill

(Kawża T-118/10) 

("Dumping - Importazzjonjiet ta' soluzzjonijiet ta' urea u ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja - Talba għal reviżjoni ta' "esportatur ġdid" - Valur normali - Prezz tal-esportazzjoni - Artikoli 1, 2 u Artikolu 11(4) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li saru l-Artikoli 1, 2 u Artikolu 11(4) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009]")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Acron OAO (Veliky Novgorod, ir-Russja) (rappreżentanti: B. Evtimov u D. O'Keeffe, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch, avukat, u minn N. Chesaites, barrister)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u C. Clyne, aġenti); u Fertilizers Europe (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. O'Connor, solicitor)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra r-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1251/2009, tat-18 ta Diċembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1911/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' soluzzjonijiet ta' urea u ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw, inter alia, mir-Russja (ĠU L 338, p. 5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Acron OAO hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Fertilizers Europe.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - ĠU C 113, 01.05.2010.