Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-117/10) 1

[FEŻR – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Programm operattiv reġjonali 2000-2006 għar-reġjun tal-Puglia (l-Italja) li jaqa’ taħt l-ObjettivNru°1 – Nuqqasijiet gravi fis-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll li jistgħu jwasslu għal irregolaritajiet sistematiċi – Prinċipju ta’ partenarjat – Proporzjonalità – Artikolu 39(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 – Artikoli 4, 8, 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 438/2001 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Nuqqas ta’ kompetenza”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, Avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u D. Recchia, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 10350 finali, tat-22 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis ta’ għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali mogħtija lir-Repubblika Taljana skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2000) 2349, tat-8 ta’ Awwissu 2000, li tapprova l-programm operattiv reġjonali POR Puglia, għall-perijodu 2000-2006, abbażi tal-Objettiv Nru 1.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.