Language of document : ECLI:EU:T:2013:67





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Frar 2013 — Acron vs Il-Kunsill

(Kawża T‑118/10)

“Dumping — Importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja — Talba għal reviżjoni ta’ esportatur ġdid — Valur normali — Prezz tal-esportazzjoni — Artikoli 1, 2 u Artikolu 11(4) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikoli 1, 2 u Artikolu 11(4) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009)”

1.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (ara l-punti 24, 25)

2.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Determinazzjoni tal-valur normali — Użu tal-valur maħdum — Teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż tal-produzzjoni — Kalkolu tal-ispejjeż abbażi tar-reġistri tal-kontabbiltà — Spejjeż affettwati minn distorsjoni tas-suq — Aġġustament — Ammissibbiltà — Kriterji (Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikoli 2(3) u (5), u Nru 1225/2009, Artikoli 2(3) u (5)) (ara l-punti 38-55)

3.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Regoli dwar il-kalkolu tal-marġni antidumping li jinsabu fil-Ftehim Antidumping tal-GATT tal-1994 — Traspożizzjoni fid-dritt tal-Unjoni permezz tar-regolament antidumping bażiku — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(5) tal-imsemmi regolament fid-dawl tal-imsemmi Ftehim Antidumping (Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim ġenerali dwar it-tariffi doganali u l-kummerċ, “Ftehim Antidumping tal-1994”, Artikolu 2.2.1.1; Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 2(5), u Nru 1225/2009, Artikolu 2(5)) (ara l-punti 65-67, 70-72)

4.                     Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Estensjoni ta’ motiv eżistenti — Ammissibbiltà (ara l-punt 92)

5.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Deċiżjoni dwar id-determinazzjoni tal-valur normali — Motivazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-informazzjoni mgħoddija lill-impriżi kkonċernati matul il-proċedimenti amministrattivi (Artikolu 296 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 2, u Nru 1225/2009, Artikolu 2) (ara l-punt 100)

6.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Reviżjoni ta’ esportatur ġdid — Marġni ta’ dumping — Determinazzjoni tal-valur normali — Marġni ta’ qligħ — Kalkolu tal-ispejjeż tal-bejgħ, spejjeż amministrattivi u spejjeż ġenerali oħra — Applikazzjoni tal-metodu segwit fil-proċedura inizjali (Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikoli 2(6)(ċ), u 11(9) u Nru 1225/2009, Artikoli 2(6)(ċ), u 11(9)) (ara l-punti 111, 112, 115, 116, 121-123)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra r-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1251/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1911/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw, inter alia, mir-Russja (ĠU L 338, p. 5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Acron OAO hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Fertilizers Europe.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.