Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2021 – European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-153/19) 1

(“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva ‘komposti tar-ram’ – Tiġdid tal-approvazzjoni għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq – Sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni – Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Assoċjazzjonijiet – Proporzjonalità – Prinċipju ta’ prekawzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Perizja”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Union Copper Task Force (Springfield, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: I. Moreno-Tapia Rivas u C. Vila Gisbert, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras u I. Naglis, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Stefani, C. Ionescu Dima u A. Tamás, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Kornilaki u E. Karlsson, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1981 tat-13 ta’ Diċembru 2018 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanzi attivi komposti tar-ram bħala kandidati għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2018, L 317, p. 16).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

European Union Copper Task Force hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 155, 6.5.2019.