Language of document : ECLI:EU:T:2021:796


 


 



Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal11 ta’ Novembru 2021–
ZU vs SEAE

(Kawża T689/19)

“Rikors għal annullament u għad-danni – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Persunal tal-Kummissjoni fis-servizz mas-SEAE – Talba għar-rimbors tal-ispejjeż ta’ missjoni – Talba għal assistenza – Ċaħda – Kompetenza tal-awtur tal-att – Delega ta’ poteri – Proċedura prekontenzjuża – Indikazzjoni tal-konvenut – Inammissibbiltà parzjali – Prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba – Użu ħażin ta’ poter – Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officio mill-qorti – Deċiżjoni meħuda permezz ta’ digriet motivat

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 126 u 129)

(ara l-punti 21, 22)

2.      Rikorsi tal-uffiċjali – Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Effett – Tressiq tal-att ikkontestat quddiem il-qorti – Eċċezzjoni – Deċiżjoni li ma għandha ebda natura konfermattiva

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punti 28, 29, 47)

3.      Uffiċjali – Awtorità tal-Ħatra – Kompetenzi – Uffiċjal tal-Kummissjoni assenjat f’din il-kapaċità mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) – Preżentazzjoni, mill-persuna kkonċernata, ta’ talbiet għal rimbors ta’ spejjeż u għal assistenza – Tqassim tal-kompetenzi bejn l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni u dik tas-SEAE

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 1b(a), 2(1) u 24; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427, Artikolu 6(5))

(ara l-punti 31 sa 44)

4.      Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv imressaq qabel – Nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att ikkontestat – Motiv ta’ ordni pubbliku

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90)

(ara l-punt 45)

5.      Rikorsi tal-uffiċjali – Talba għad-danni intiża għall-kumpens għad-dannu kkawżat minn aġir li ma għandux natura deċiżjonali – Assenza ta’ proċedura prekontenzjuża skont ir-Regolamenti tal-Persunal – Inammissabbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punti 108 sa 110)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE tat‑30 ta’ Novembru 2018 li tiċħad it-talbiet tar-rikorrent għar-rimbors ta’ spejjeż għall-missjonijiet u għal assistenza prevista fl-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u, sa fejn ikun meħtieġ, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat‑28 ta’ Ġunju 2019 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tas-SEAE msemmija iktar ’il fuq u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni allegatament imġarrba minnu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ZU huwa kkundannat għall-ispejjeż.