Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Diċembru 2012 - Optilingua vs UASI - Esposito (ALPHATRAD)

(Kawża T-538/12)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Optilingua holding SA (Epalinges, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Michele Esposito (Cava de' Tirreni SA, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta' Ottubru 2012, fil-Każ R 444/2011-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju u lil Michele Esposito għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "ALPHATRAD" għal servizzi fil-klassijiet 35, 38, 41 u 42 - trade mark Komunitarja Nru 617 316

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: Esposito

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal revoka miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-paragrafu (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), flimkien mal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru°207/2009

____________