Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2014 – Still vs UASI (Fleet Data Services)

(Kawżi magħquda T-534/12 u T-535/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji figurattivi Fleet Data Services u Truck Data Services – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Dritt għal smigħ – It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Still GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Waller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Settembru 2012 (Każ R 130/2012-1 u Każ R 4/2012-1), dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, minn naħa, tas-sinjal figurattiv Fleet Data Services u, min-naħa l-oħra, tas-sinjal figurattiv Truck Data Services bħala trade marks Komunitarji.DispożittivIr-rikorsi huma miċħuda.Still GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.