Language of document : ECLI:EU:T:2014:9





Sentenza tal-Qorti tal-Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014 – Optilingua vs UASI – Esposito (ALPHATRAD)

(Kawża T‑538/12)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja figurattiva ALPHATRAD – Użu ġenwin mit-trade mark – Importanza tal-użu – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1)(a), u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Eżami mill-ġdid taċ-ċirkustanzi ta’ fatt fid-dawl tal-provi li ma kinux tressqu preċedentement quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju – Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 19)

2.                     Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, il-punt a tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 15(1), u Artikolu 51(1)(a); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Regoli 22(3) u 40(5)) (ara l-punti 27-29, 32, 37)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 444/2011-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn M. Esposito u Optilingua Holding SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Optilingua Holding SA hija kkundannata għall-ispejjeż.