Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2015 – Ziegler vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-539/12 u T-150/03) 1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kompetizzjoni – Suq tas-servizzi ta’ ċaqliq internazzjonali fil-Belġju – Ċaqliq tal-uffiċjali u ta’ membri tal-persunal oħra tal-Unjoni – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Kwotazzjonijiet ta’ konvenjenza – Portata tar-responsabbiltà ta’ istituzzjoni – Awtorità ta’ res judicata – Dmir ta’ diliġenza – Rabta kawżali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ziegler SA (Brussell, il-Belġju); u Ziegler Relocation SA (Brussell) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, M. Favart u A. Bailleux, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u A. Bouquet, aġenti)

Suġġett

Talba għal kumpens, minn naħa, ta’ allegat dannu li jirriżulta mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38543 – Servizzi ta’ ċaqliq internazzjonali), u, min-naħa l-oħra, ta’ allegat dannu li jirriżulta mit-tkomplija tal-prattika tal-“kwotazzjonijiet ta’ konvenzjenza” wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni C (2008) 926, bejn il-11 ta’ Marzu 2008 u l-1 ta’ Jannar 2014. DispożittivIr-rikorsi huma miċħuda.Ziegler SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża T-539/12.Ziegler Relocation SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawża T-150/13.