Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2024 – Cosmetika vs EUIPO – Laboratoires Svr (LOTO DEL SVR)

(Kawża T-244/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Cosmetika S.A.S. (Bogotá, il-Kolombja) (rappreżentanti: C. Duch Fonoll u S. Sáenz de Ormijana Rico, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratoires Svr (Le Plessis-Pâté, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LOTO DEL SVR – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 999 190

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Marzu 2024 fil-Każ R 135/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat il-każ lura quddiem il-Bord tal-Appell;

sussidjarjament, tibdel id-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha, u, f’kull każ,

tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż tagħhom stess u għal dawk tar-rikorrenti f’dawn il-proċeduri, kif ukoll għall-proċedimenti tal-ewwel istanza u tal-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 27(2) u (4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 u tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________