Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2024 – Ponsatí i Obiols vs Il-Parlament

(Kawża T-236/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Clara Ponsatí i Obiols (Waterloo, il-Belġju) (rappreżentanti: G. Boye u S. Bekaert, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet imħabbra fil-Parlament Ewropew fis-26 ta’ Frar u fl-10 ta’ April, li jikkonstataw l-invalidità tat-talbiet għad-difiża tal-immunità tas-Sinjura Ponsatí skont l-Artikolu 9(1)(a) u (2) tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, imħabbra fil-Parlament Ewropea fid-29 ta’ Marzu 2023 (2023/2039(IMM)) u fil-11 ta’ Settembru 2023 (2023/2191(IMM));

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9(4) u (9) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament Ewropew (iktar ir-“Regoli tal-Proċedura”), kif ukoll tal-Artikolu 39(2) u tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), moqrija flimkien mal-Artikoli 232 u 343 TFUE kif ukoll mal-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 7), sa fejn id-deċiżjonijiet mħabbra fil-Parlament fis-26 ta’ Frar u fl-10 ta’ April 2024 li jiddikjaraw inammissibbli t-talbiet għad-difiża tal-immunità mħabbra fil-Parlament fid-29 ta’ Marzu u fil-11 ta’ Settembru 2023, ittieħdu minn korp tal-Parlament li ma huwiex kompetenti.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur, mid-deċiżjonijiet mħabbra fil-Parlament fis-26 ta’ Frar u fl-10 ta’ April 2024 li jiddikjaraw inammissibbli t-talbiet għad-difiża tal-immunità mħabbra fil-Parlament fid-29 ta’ Marzu u fil-11 ta’ Settembru 2023, tal-Artikolu 7(3) u tal-Artikolu 9 tar-Regoli tal-Proċedura, kif ukoll tal-Artikolu 39(2) u tal-Artikolu 41(1) u (2) tal-Karta, moqrija flimkien mal-Artikoli 232 u 343 TFUE kif ukoll mal-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 7), sa fejn l-Artikolu 7(3) tar-Regoli tal-Proċedura ma kienx applikabbli għal dawk it-talbiet u għalhekk ir-rikorrenti ġiet illegalment imċaħħda mid-drittijiet tagħha f’dawn il-proċeduri ta’ immunità.

____________