Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2024 – TelForceOne vs EUIPO – 4Kraft (Wheels for vehicles (except for rail vehicles))

(Kawża T-230/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TelForceOne S.A. (Wrocław, il-Polonja) (rappreżentant: M. Mielniczuk-Skibicka, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: 4Kraft sp. z o.o. (Poznań, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Wheels for vehicles (except for rail vehicles) – disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 6 039 046-0002

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Marzu 2024 fil-Każ R 677/2023-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

fil-każ ta’ intervent fil-proċedura, tordna lill-intervenjenti jbati l-ispejjeż, inklużi dawk imġarrba quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 5(1)(b) u mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) u mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.

____________