Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2024 – Karić vs Il-Kunsill

(Kawża T-238/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bogoljub Karić (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentanti: W. Julié u A. Beauchemin, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/769 tas-26 ta’ Frar 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna 1 , sa fejn din iżżomm isem ir-rikorrent fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/768 tas-26 ta’ Frar 2024 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna 1 , sa fejn huwa jżomm isem ir-rikorrent fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u l-obbligu ta’ motivazzjoni.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni.

____________

1 ĠU L, 2024/769, 27.2.2024.

1 ĠU L, 2024/768, 27.2.2024.