Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Novembru 2008 - Nadine Trautwein Rolf Trautwein vs UASI (Hunter)

(Kawża T-505/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nadine Trautwein Rolf Trautwein GbR, Research and Development (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Czychowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta' Settembru 2008 fil-Każ R-1733/2007-1, u d-deċiżjoni tal-eżaminatur tas-17 ta' Ottubru 2007 u tawtorizza l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4829347, u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "Hunter" għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 (Applikazzjoni Nru 4 829 347)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/941 peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, la tista' tiċċaħħad mill-karattru distintiv neċessarju u lanqas għandha indikazzjoni deskrittiva.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).