Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 – Caminiti vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-71/09)1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rikors manifestament infondat – Dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 – Artikoli 44 u 46 tar-Regolamenti tal-Persunal – Artikolu 7 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Klassifikazzjoni – Fattur ta’ multiplikazzjoni – Punti ta’ promozzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Poalo Caminiti (Tubize, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad AST 9, skala 4, b’fattur ta’ multiplikazzjoni ugwali għal 1 u, konsegwentement, ir-reintegrazzjoni tar-rikorrent fil-grad AST 9, skala 2 b’żamma tal-fattur ta’ multiplikazzjoni 1,071151

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

P. Caminiti huwa kkundannat jirrimborsa lit-Tribunal is-somma ta’ EUR 500 skont l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura.

P. Caminiti għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk subiti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 244, p. 17.