Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 2010 - Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Parlament u l-Kunsill

(Kawża T-18/10 R)

(Miżuri provviżorji - Regolament (KE) Nru 1007/2009 - Kummerċ tal-prodotti mill-foki - Projbizzjoni ta' importazzjoni u ta' bejgħ - Eċċezzjoni favur il-komunitajiet Inuit - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Fumus boni juris - Nuqqas ta' urġenza)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Inuit Tapiriit Kanatami (Ottawa, il-Kanada); Nattivak Hunters and Trappers Association (Qikiqtarjuaq, il-Kanada); Pangnirtung Hunters' and Trappers' Association (Pangnirtung, il-Kanada); Jaypootie Moesesie (Qikiqtarjuaq); Allen Kooneeliusie (Qikiqtarjuaq); Toomasie Newkingnak (Qikiqtarjuaq); David Kuptana (Ulukhaktok, il-Kanada); Karliin Aariak (Iqaluit, il-Kanada); Efstathios Andreas Agathos (Atheni, il-Greċja); Canadian Seal Marketing Group (Québec, il-Kanada); Ta Ma Su Seal Products (Cap-aux-Meules, il-Kanada); Fur Institute of Canada (Ottawa); NuTan Furs, Inc (Catalina, il-Kanada); GC Rieber Skinn AS (Bergen, in-Norveġja); Inuit Circumpolar Conference Greenland (ICC) (Nuuk, Groenland, id-Danimarka); Johannes Egede (Nuuk); u Kalaallit Nunaanni Aalisartut Piniartullu Kattuffiat (KNAPK) (Nuuk) (rappreżentanti: J. Bouckaert, M. van der Woude u H. Viaene, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Anagnostopoulou u L. Visaggio, aġenti) u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u K. Michoel, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1007/2009, tas- 16 ta' Settembru 2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 286, p.36).

Dispożittiv

L-opinjoni tas-Servizz Legali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tat-18 ta' Frar 2009, dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki, ippreżentata mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [KUMM(2008) 469 finali], li tinsab fl-Anness A 4 tat-talba għal miżuri provviżorji, u l-estratt tal-imsemmija opinjoni li jinsab fil-punt 16 ta' din l-istess talba huma mneħħija mill-proċess tal-Kawża T-18/10 R.

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriservati

____________