Language of document : ECLI:EU:T:2010:172





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2010 – Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-18/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Regolament (KE) Nru 1007/2009 – Kummerċ tal-prodotti mill-foki – Projbizzjoni ta’ importazzjoni u ta’ bejgħ – Eċċezzjoni favur il-komunitajiet Inuit – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Ammissibbiltà – Fumus boni juris – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċedura - Produzzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali tal-opinjoni tas-servizzi legali tal-istituzzjonijiet Komunitarji - Kundizzjonijiet (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2)) (ara l-punti 19-21)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l- punti 24-26)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Ammissibbiltà prima facie tar-rikors prinċipali - Eżami sommarju tar-rikors prinċipali mill-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(1)) (ara l-punti 37-41)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Rikors għal annullament ta’ Regolament dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki - Motiv li jikkontesta l-validità tal-bażi legali tiegħu -Motiv li prima facie ma huwiex nieqes minn fondatezza (Artikolu 278 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1007/2009) (ara l-punti 74-95)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Materjalizzazzjoni ta’ dannu li jiddependi minn avvenimenti futuri u inċerti - Dannu finanzjarju li jista’ jwassal għal kumpens finanzjarju sussegwenti - Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1007/2009) (ara l-punti 105-107)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Impossibbliltà, għall-poplu Inuit, li jkompli l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu minħabba l-projbizzjoni, mir-Regolament Nru 1007/2009, tal-kummerċ tal-prodotti mill-foki (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1007/2009) (ara l-punti 108-115)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1007/2009, tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 286, p.36).

Dispożittiv

1)

L-opinjoni tas-servizz legali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tat-18 ta’ Frar 2009, dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki, ippreżentata mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [KUMM(2008) 469 finali, tat-23 ta’ Lulju 2008], li tinsab fl-Anness A 4 tat-talba għal miżuri provviżorji, u l-estratt tal-imsemmija opinjoni li jinsab fil-punt 16 ta’ din l-istess talba huma mneħħija mill-proċess tal-Kawża T-18/10 R.

2)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati