Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige ondernemingsrechtbank Brussel (il-Belġju) fis-26 ta’ Ottubru 2020 – Q, R, S vs United Airlines, Inc.

(Kawża C-561/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Nederlandstalige ondernemingsrechtbank Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Q, R, S

Konvenut: United Airlines, Inc.

Domandi preliminari

L-Artikoli 3(1)(a) u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 , kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja, għandhom jiġu interpretati fis-sens li passiġġier għandu dritt għal kumpens finanzjarju minn trasportatur tal-ajru mhux Komunitarju meta jkun laħaq id-destinazzjoni finali tiegħu b’dewmien ta’ iktar minn tliet sigħat minħabba dewmien tal-aħħar titjira, li l-punt ta’ tluq u l-punt ta’ wasla tagħha kienu t-tnejn jinsabu fit-territorju ta’ pajjiż terz mingħajr waqfa fit-territorju ta’ Stat Membru, f’sensiela ta’ titjiriet konnessi li jibdew minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, fejn it-titjiriet kollha li materjalment ġew operati minn dan it-trasportatur tal-ajru mhux Komunitarju u fejn it-titjiriet kollha kienu ġew irriżervati f’riżervazzjoni unika mill-passiġġier ma’ trasportatur tal-ajru Komunitarju li materjalment ma kien opera ebda waħda minn dawn it-titjiriet?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, kif interpretat fl-ewwel domanda, jikser id-dritt internazzjonali u, b’mod partikolari, il-prinċipju tas-sovranità esklużiva u kompleta ta’ Stat fit-territorju tiegħu u fl-ispazju tal-ajru tiegħu, sa fejn din l-interpretazzjoni tagħmel id-dritt tal-Unjoni applikabbli għal sitwazzjoni li sseħħ fit-territorju ta’ pajjiż terz?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.