Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża T-263/21 u T-257/22) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna – Iffriżar ta’ fondi –  Lista ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-lista – Misapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat tal-Ukraina – Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK – Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 –  Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ingħatat b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Yanukovych (St-Petersburg, ir-Russja) (rappreżentant: B. Kennelly, SC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-kawża T-263/21, A. Boggio-Tomasaz, T. Haas u S. Van Overmeire, aġenti, u, fil-kawża T-257/22, A. Boggio-Tomasaz u J. Rurarz, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikorsi tiegħu bbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, fil-Kawża T-263/21, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/394 tal-4 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2021, L 77, p. 29), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/391 tal-4 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2021, L 77, p. 2), u fil-Kawża T-257/22, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/376 tat-3 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2022, L 70, p. 7), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/375 tat-3 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2022, L 70, p. 1), sa fejn dawn l-atti jżommu isem ir-rikorrent fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u organi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

Il-Kawżi T-263/21 u T-257/22 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza..

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/394 tal-4 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/391 tal-4 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, kif ukoll id- Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/376 tat-3 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/375 tat-3 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huma annullati sa fejn isem Viktor Fedorovych Yanukovych inżamm fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 278, 12.07.2021.